Innu Lill-Madonna tar-Ruzarju ta’ Fatima
Inqimuk, insellmulek Marija,
U b’imhabba ta’ wlied nersqu lejk;
O Madonna
Tar-Ruzarju,
Fuqna ixhet il-harsien t’ghajnejk.
Dhert go Fat’ma, sabiha bid-dija,
Gejt issejjah il-qlub tal-bnedmin.
Bil-kuruna
Tar-Ruzarju,
Tistidinhom ikunu tajbin.
Mhux ghalxejn insejhulek Omm taghna
Minn did-dinja fix-xmajjar ta’ dmugh
O Sultana
Tar-Ruzarju,
Int it-tama li tinbet fir-ruh.
Ghax il-harsa ta’ tjieba u ta’ mhabba
Li raw fik it-tfal twajba ckejknin,
O Madonna
Tar-Ruzarju,
Fis infirxet fi qlub il-bnedmin.
Kemm hi kbira dit-talba li tajtna,
O Marija, biex gejt mis-smewwiet,
Bil-kuruna
Tar-Ruzarju,
Kollok herqa tweghedilna r-rebhiet.
O Madonna, bid-damma taz-zibeg
Fil-kuruna b’imhabba mirqum,
Insellmulek
O Regina
Tar-Ruzarju ta’ Fat’ma, kuljun.
Insellmulek
O Regina
Tar-Ruzarju ta’ Fat’ma, kuljum.
Insellmulek
O Regina
Tar-Ruzarju ta’ Fat’ma, bil-qalb.
Kliem: E.E. Bezzina O.P. Muzika: Spiro Zammit A Mus. L.C.M.